Kawża F-74/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016 – Mommer vs Il-Kummissjoni [Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni — Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fil-kuntest ta’ skemi oħra tal-pensjonijiet — Deċiżjoni li tirrikonoxxi l-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz filwaqt li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat]
C3642016MT4520120160802MT0057452462
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016 – Mommer vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-74/13) ( 1 )
“[Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni — Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fil-kuntest ta’ skemi oħra tal-pensjonijiet — Deċiżjoni li tirrikonoxxi l-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz filwaqt li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat]”2016/C 364/57Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Anne Mommer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Orlandi, J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati, sussegwentement S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Ehrbar u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, u finalment G. Gattinara, aġent)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħuda bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
( 1 ) ĠU C 274, 21.9.2013, p. 33.
Full & Egal Universal Law Academy