24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/56
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 – Probst vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-75/13) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjal - Allowance tal-espatrijazzjoni - Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal eżami mill-ġdid - Fatti ġodda u sostanzjali - Rikors manifestament inammissibbli))
2014/C 421/80
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Norbert Probst (Genval, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement D. Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jingħatax il-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
N. Probst għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 274, 21.09.2013, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy