26.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 159/39
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ April 2014 – Colart et vs Il-Parlament
(Kawża F-87/13) (1)
((Servizz pubbliku - Rappreżentanza tal-persunal - Ftehim qafas bejn il-Parlament u l-organizzazzjonijiet sindakali jew professjonali tal-istituzzjoni - Kumitat eżekuttiv ta’ sindakat - Kontestazzjoni interna fis-sindakat dwar il-leġittimità u l-identità tal-persuni li jiffurmaw il-kumitat eżekuttiv - Drittijiet ta’ aċċess għall-mailbox mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ sindakat mill-istituzzjoni - Rifjut tal-istituzzjoni li tistabbilixxi mill-ġdid xi drittijiet u/jew li tneħħi kull dritt ta’ aċċess għall-mailbox - Locus standi - Inammissibbiltà manifesta))
2014/C 159/54
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Philippe Colart et (Bastogne, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u M. Ecker, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-distribuzzjoni l-ġdida tad-drittijiet ta’ aċċess għall-mailbox tas-sindakat SAFE.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Colart, Bras, Corthout, Decoutere, Dony, Garzone, Kemmerling-Linssen, kif ukoll Manzella u Vienne għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 344, 23.11.2013, p. 69
Full & Egal Universal Law Academy