16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/39
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ April 2014 – Kolarova vs REA
(Kawża F-88/13)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka - Kwistjonijiet proċedurali - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Setgħat mgħoddija lill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ - Delega lill-Uffiċċju “Ġestjoni u kalkolu tad-drittijiet individwali” (PMO) - Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tal-PMO - Rikors ippreżentat kontra l-istituzzjoni li tiddelega - Inammissibbiltà manifesta))
2014/C 184/64
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Desislava Kolarova (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou, aġent, assistita minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba sabiex tiġi annullata ċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrenti relatata mal-assimilazzjoni ta’ ommha mal-wild dipendenti skont l-Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
D. Kolarova għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata li tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka.
Full & Egal Universal Law Academy