4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/48
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-89/13) (1)
((Esklużjoni mill-proċedura tar-rappreżentant ta’ parti - Assenza ta’ ħatra ta’ rappreżentant ġdid - Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tat-Tribunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
(2015/C 146/66)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: A., avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li jinżammu tliet somom ta’ EUR 504,67 mill-allowance tal-invalidità tar-rikorrent, għax-xhur ta’ Jannar sa Marzu 2013 rispettivament.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-89/13, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.
2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 24, 25.1.2014, p. 39.
Full & Egal Universal Law Academy