4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/49
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-90/13) (1)
((Esklużjoni mill-proċedura tar-rappreżentant ta’ parti - Assenza ta’ ħatra ta’ rappreżentant ġdid - Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tat-Tribunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
(2015/C 146/67)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: A., avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J, Currall u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat-talbiet tar-rikorrent initiżi sabiex jikseb kumpens għad-danni mġarrba minħabba li l-konvenuta bagħtet ittra rigward ir-rikorrent lil avukat li ma kienx qiegħed jirrappreżentah u, b’dan il-mod, kisret id-dritt tiegħu għar-rispett tal-ħajja privata.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-90/13, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.
2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 24, 25.1.2014, p. 40.
Full & Egal Universal Law Academy