Kawża F-94/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – Piessevaux vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — drittijiet għall-pensjoni miksubin qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni, taħt skema nazzjonali ta’ pensjoni — Trasferiment lejn l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni — Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju — Artikolu 83 tar-Regoli ta' Proċedura)
C3642016MT4610120160720MT0058461461
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – Piessevaux vs Il-Kunsill
(Kawża F-94/13) ( 1 )
“(Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — drittijiet għall-pensjoni miksubin qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni, taħt skema nazzjonali ta’ pensjoni — Trasferiment lejn l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni — Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju — Artikolu 83 tar-Regoli ta' Proċedura)”2016/C 364/58Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vincent Piessevaux (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. De Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati, sussegwentement minn D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement minn J.-N. Louis, avukat, finalment minn L. Ponteville, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi tad-DĠI ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Vincent Piessevaux għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
( 1 ) ĠU C 336, 16.11.2013, p. 32.
Full & Egal Universal Law Academy