10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/67
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Prigent vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-111/13) (1)
((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviżi ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/230/12 (AD5) u EPSO/AD/231/12 (AD7) - Kundizzjoni ta’ eliġibbiltà dwar l-esperjenza professjonali tal-kompetizzjoni EPSO/AD/231/12 (AD7) mhux issodisfatta - Assenjazzjoni mill-ġdid għall-kompetizzjoni EPSO/AD/230/12 (AD5) - Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/230/12 (AD5) - Interess ġuridiku - Tardività tal-ilment - Talbiet għal eżami mill-ġdid suċċessivi))
2014/C 395/82
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Oliver Prigent (Fentange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma tammettix lir-rikorrent għall-fażi ta’ selezzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AD/231/12 (AD7) u li tikklassifikah mill-ġdid fil-kompetizzjoni EPSO/AD/230/12 (AD5) u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li huwa jiġi inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni AD5 iċċitata iktar 'il fuq u għoti ta’ kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat.
2)
O. Prigent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 31, 01.02.2014, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy