15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/74
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2014 – Klar u Fernandez Fernandez vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-114/13) (1)
((Servizz pubbliku - Kumitat tal-Persunal tal-Kummissjoni - Kumitat Ċentrali - Nomina tal-membri tat-taqsima lokali tal-Lussemburgu għall-Kumitat Ċentrali tal-Persunal - Revoka mit-taqsima lokali ta’ wieħed mill-membri sħaħ tagħha fil-Kumitat Ċentrali - Rifjut tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrikonoxxi l-legalità tad-deċiżjoni ta’ revoka - Interess ġuridiku - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża - Tardività tal-ilment - Inammissibbiltà manifesta))
2014/C 315/124
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Robert Klar (Grevenmacher, il-Lussemburgu) u Francisco Fernandez Fernandez (Steinsel, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrifjuta li tirrikonoxxi l-legalità tad-deċiżjoni tal-kumitat lokali tal-persunal tal-Lussemburgu li tirrevoka l-mandat fdat lil mandatarju sabiex jirrappreżentah fi ħdan il-Kumitat Ċentrali tal-Persunal tal-Kummissjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
R. Klar u F. Fernandez Fernandez għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 52, 22.02.2014, p. 53.
Full & Egal Universal Law Academy