Kawża F-121/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2016 – Poniskaitis vs Il-Kummissjoni [Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba taħt skemi oħra — Deċiżjoni li tirrikonoxxi l-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz bl-applikazzjoni tad-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Perunal — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors manifestament infondat]
C3642016MT4810120160801MT0061481481
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2016 – Poniskaitis vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-121/13) ( 1 )
“[Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba taħt skemi oħra — Deċiżjoni li tirrikonoxxi l-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz bl-applikazzjoni tad-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Perunal — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors manifestament infondat]”2016/C 364/61Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jonas Poniskaitis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement minn J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn G. Gattinara, aġent)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-DĠI l-ġodda rigward l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
( 1 ) ĠU 2014, C 52, p. 53.
Full & Egal Universal Law Academy