17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/66
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 – Carneiro vs Europol
(Kawża F-122/13) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal ta’ Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt għal żmien determinat bħala kuntratt għal żmien indeterminat - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt))
2014/C 409/89
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Maria José Carneiro (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Kempeners u M. Itani, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: D. Neumann u J. Arnould, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li ma jġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti għal żmien indeterminat u talba sabiex il-Europol jiġi kkundannat iħallas id-differenza bejn ir-remunerazzjoni li hija setgħet tkompli tirċievi mal-Europol u kull allowance oħra li hija effettivament irċeviet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.
2)
M. Carneiro għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.
(1) ĠU C 52, 22.02.2014, p. 53.
Full & Egal Universal Law Academy