13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/38
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-4/13)
2013/C 108/90
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1995 sal-1997 u talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali Amministrattiv tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tat-12 ta’ Marzu 2012, dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu mill-1995 sal-1997;
—
sa fejn huwa meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrent fl-20 ta’ Ġunju 2012 taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ somma ta’ EUR 25 000 bħala kumpens għad-dannu morali;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy