20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/47
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-7/13)
2013/C 114/71
Lingwa tal-kawża: il-Franċiz
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment kontra d-deċiżjoni adottata b’risposta għat-talba tar-rikorrent, assenjat fid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Antananarivo, il-Madagaskar, intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-diffikultajiet li rriżultaw meta ġie biex jirrisjedi fil-belt imsemmija iktar ’il fuq.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni adottata mill-kap tad-diviżjoni fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u Sigurtà, li għandha bħala suġġett it-“talba skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — 0/867/11 intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-diffikultajiet li rriżultaw meta ġejt biex tirrisjedi f’Antananarivo”, li qalet li din it-talba għandha tiġi miċħuda minħabba l-fatt li “l-kundizzjonijiet meħtieġa għal tali kumpens tad-dannu morali u psikoloġiku” ma humiex sodisfatti inkwantu jirriżultaw mill-fatt li “id-Delegazzjoni għamlet minn kollox sabiex issolvi l-problemi li rriżultaw, billi eżegwiet xogħlijiet supplementari fir-residenza inizjali, u billi pproponietlek, matul l-eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet, possibbiltajiet alternattivi ta’ residenza”;
—
tannulla r-risposta għall-ilment tar-rikorrent li tgħid li l-Awtorità tal-Ħatra tiċħad l-ilment tiegħu minħabba l-fatt li (i) “ebda irregolarità tad-dipartiment, u wisq inqas illegalità, ma tista’ tiġi imputata lill-amministrazzjoni fil-każ inkwistjoni”, li (ii) ir-rikorrent “ma pproduċiex l-iċken prova prima facie tal-allegati danni morali jew psikoloġiċi” u li (iii) “id-deċiżjoni kkontestata ddewmet fl-evalwazzjoni tal-provi tal-benevolenza tal-amministrazzjoni fir-rigward tal-persuna li qed tressaq l-ilment” u li “skont ġurisprudenza stabbilita, nuqqas ta’ motivazzjoni eventwali jista’ jiġi rrimedjat permezz ta’ motivazzjoni adegwata pprovduta fl-istadju tar-risposta għall-ilment”, liema fatt huwa l-każ inkwistjoni;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, bħala kumpens għad-dannu morali u psikoloġiku tar-rikorrent, provviżorjament evalwat, b’riżerva għal żieda jew tnaqqis fil-mori tal-kawża, għal EUR 30 000;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy