13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/39
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-8/13)
2013/C 108/92
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konfermazzjoni tar-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu ta’ kap ta’ unità u tat-trasferiment tiegħu lejn id-Direttorat Ġenerali għall-politiki interni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konfermazzjoni tar-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu ta’ kap ta’ unità u tat-trasferiment bl-impjieg tiegħu lejn id-Direttorat Ġenerali għall-politiki interni tat-23 ta’ Marzu 2012;
—
sa fejn ikun neċessarju, jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Bureau tal-Parlament Ewropew, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tat-22 ta’ Ġunju 2012;
—
jordna l-ħlas ta’ kumpens għad-danni finanzjarji u morali subiti mir-rikorrent b’riżultat ta’ dawk id-deċiżjonijiet;
—
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy