27.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 215/20
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-9/13)
2013/C 215/28
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipproċedi għat-tpaċija bejn is-somma li tikkorrispondi għall-ispejjeż li hija ġiet ikkundannata tħallas mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-176/04, u s-somma li r-rikorrent għandu jħallas wara d-digriet fil-Kawża T-241/03.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla n-nota tas-6 ta’ Marzu 2012;
—
jannulla d-deċiżjoni li jsir l-irkupru permezz ta’ tpaċija bejn il-kreditu ta’ EUR 1 600 li r-rikorrent għandu fil-konfront tal-Kummissjoni u s-somma ta’ EUR 4 875 li huwa allegatament għandu jħallas, li ma huwiex il-każ, fil-konfront tagħha;
—
jannulla, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment magħmul fit-23 ta’ Ġunju 2012, mibgħut mir-rikorrent lill-Kummissjoni u li din tal-aħħar irċeviet f’data mhux iktar tard mit-23 ta’ Ġunju 2012;
—
jannulla n-nota tas-27 ta’ Awwissu 2012, li r-rikorrent irċieva fid-9 ta’ Ottubru 2012;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni tirrimborsa lir-rikorrent l-ispejjeż kollha sostnuti fil-kuntest ta’ din l-istanza.
Full & Egal Universal Law Academy