4.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/31
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-15/13)
2013/C 129/58
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li jingħalqu l-proċeduri ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent, mingħajr trasferiment.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ April 2012 li jingħalqu l-fajlijiet ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy