13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/40
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-16/13)
2013/C 108/96
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-iSKAM sa fejn din tikkonferma l-formulazzjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal rikonoxximent li l-marda li wasslet għall-mewt ta’ mart ir-rikorrent, ex uffiċjal, kienet ikkaġunata mix-xogħol.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard tat-23 ta’ Marzu 2012, sa fejn din tikkonferma l-formulazzjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni tat-23 ta’ Ġunju 1995;
—
sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fid-6 ta’ Lulju 2011 abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy