20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/48
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-20/13)
2013/C 114/73
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jiġi kkumpensat għad-dewmien fl-istabbiliment tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tiegħu għas-snin 2008 u 2009.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li b’mod impliċitu tiċħad it-talba tar-rikorrent imressqa fit-13 ta’ Jannar 2012;
—
jekk ikun hemm bżonn, jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-20 ta’ Novembru 2012, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fl-24 ta’ Lulju 2012;
—
jagħti lir-rikorrent is-somma ffissata ex aequo et bono u b’mod provviżorju għal EUR 1 għad-danni materjali subiti u għal EUR 1 għad-danni morali subiti;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy