1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/55
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-21/13)
2013/C 156/101
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck, S. Greco avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, abbażi tal-proposta ta’ kalkolu li tapplika l-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
—
Tiddikjara illegali l-Artikolu 9 tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
Tannulla konsegwentement id-deċiżjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2012 li tistabbilixxi proposta ta’ trasferiment ta’ drittijiet għall-pensjoni skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal abbażi tal-DĠI tal-11.10.2011 għar-rikorrent kif iffirmata minnu fid-19 ta’ Lulju 2012;
—
Tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha, skont l-Artikolu 87(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
Full & Egal Universal Law Academy