20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/56
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2013 — ZZ vs UASI
(Kawża F-26/13)
2013/C 207/92
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Suġġett
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni mfassal fir-rigward tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2010 u t-30 ta’ Settembru 2010 u talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni mfassal fir-rigward tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2010 u t-30 ta’ Settembru 2010;
—
jikkundanna lill-UASI jħallas kumpens xieraq li l-ammont tiegħu — ta’ mill-inqas EUR 500 — jitħalla għad-diskrezzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex ir-rikorrent jiġi kkumpensat għad-dannu morali u mhux materjali kkawżat mir-rapport ta’ evalwazzjoni kkontestat;
—
jikkundanna lil UASI għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy