20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/56
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-27/13)
2013/C 207/93
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjonijiet li jniżżlu fil-grad lir-rikorrent għall-grad AD8 skont l-Artikolu 9(1)(f) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll talba għad-danni fir-rigward tad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni adottata fil-5 ta’ Ġunju 2012, meħuda mill-Awtorità tal-Ħatra tripartitika fil-fajl CMS 08/058, li tipprovdi li “hija imposta [fuq ir-rikorrent] is-sanzjoni ta’ tniżżil fil-grad għall-grad AD8 prevista fl-Artikolu 9(1)(f) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal”, u li tidħol “fis-seħħ fix-xahar ta’ wara d-data tal-iffirmar tagħha”;
—
jannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2012, innotifikata fit-18 ta’ Diċembru 2012, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment tar-rikorrent li kien ressaq fl-10 ta’ Ottubru 2012 bir-referenza R/566/12;
—
jikkundanna lill-konvenuta tħallas, bħala kumpens għad-danni morali u materjali u għall-ħsara għall-karriera tar-rikorrent, li ġiet evalwata b’mod simboliku għal EUR 1, l-ammont ta’ EUR 20 000, bla ħsara għal kwalunkwe żieda jew tnaqqis li jistgħu jintalbu fil-mori tal-kawża;
—
fi kwalunkwe każ, jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha, skont l-Artikolu 87(1) Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
Full & Egal Universal Law Academy