20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/63
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2013 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-48/13)
2013/C 207/111
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
L-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-proċedura ta’ evalwazzjoni 2011.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-proċedura ta’ evalwazzjoni 2011, hekk kif iffinalizzat u emendat bid-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tat-18 ta’ Lulju 2012 u tad-29 ta’ Jannar 2013;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-29 ta’ Jannar 2013, li tiċħad l-ilment imressaq taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy