30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/26
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-58/13)
2013/C 352/51
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Mansullo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jikseb il-kumpens għad-danni mġarrba minħabba allegat ksur tad-dritt tiegħu għal kunfidenzjalità kkawżat mill-konvenuta meta bagħtet ittra li tikkonċerna s-sitwazzjoni tiegħu lil avukat li ma kienx qiegħed jirrappreżentah.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla ċ-ċaħda, tkun f’liema forma tkun, tat-talba tad-9 ta’ Marzu 2012, trażmessa mir-rikorrent lill-Kummissjoni, li jrċevitha b’mod regolari;
—
tannulla n-nota tat-28 ta’ Ġunju 2012;
—
tannulla ċ-ċaħda, tkun f’liema forma tkun, tal-ilment tas-26 ta’ Settembru 2012, ippreżentat kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tad-9 ta’ Marzu 2012, trażmessa mir-rikorrent lill-Kummissjoni, li jrċevitha b’mod regolari;
—
sa fejn ikun meħtieġ, tannulla n-nota tal-1 ta’ Frar 2013;
—
tordna lill-Kummissjoni tirrimborsa lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 000, flimkien mal-interessi kkalkolati fuq din is-somma b’rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, mid-9 ta’ Marzu 2012 u sal-ħlas effettiv tal-imsemmija somma;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy