10.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/14
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs SEAE
(Kawża F-59/13)
2013/C 233/23
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas, A. Coolen, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex il-kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi tiegħu jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala kuntratt għal żmien indeterminat u sabiex il-perijodu mwettaq bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jiġi rrikonoxxut bħala perijodu ta’ servizz imwettaq bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent;
—
jikklassifika mill-ġdid il-kuntratt ta’ membru tal persunal awżiljarju bħala kuntratt ta’ membru tal-persunal għal żmien indeterminat, skont l-Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg;
—
jikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy