21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/31
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs Europol
(Kawża F-67/13)
2013/C 274/50
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)
Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt għal żmien determinat tar-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjonijiet meħuda mill-konvenut fis-26 ta’ Settembru u fis-7 ta’ Diċembru 2012 li permezz tagħhom il-konvenut informa lir-rikorrenti li huwa ma kienx ser iġedded il-kuntratt għal żmien determinat tagħha li kien jiskadi fil-31 ta’ Marzu 2013, kif ukoll id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti meħuda fid-9 ta’ April 2013;
—
jikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti d-differenza bejn, minn naħa, l-ammont tar-remunerazzjoni li setgħet kienet intitolata għaliha li kieku baqgħet taħdem fi ħdanu u, min-naħa l-oħra, l-ammont tar-remunerazzjoni, tal-onorarji, ta’ allowances tal-qgħad jew ta’ kwalunkwe allowance oħra sostituttiva li hija effettivament irċieviet mill-1 ta’ April 2013 minflok ir-remunerazzjoni li hija kienet tirċievi bħala aġent temporanju;
—
jikkundanna lil Europol għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy