21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/31
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs BĊE
(Kawża F-68/13)
2013/C 274/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tagħlaq l-investigazzjoni amministrattiva interna kif ukoll ir-rapport tal-investigazzjoni u l-kumpens għad-dannu morali li sofra r-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv, tas-7 ta’ Jannar 2013, li tieħu nota tar-Rapport Finali u li tiddeċiedi li tagħlaq l-investigazzjoni amministrattiva interna;
—
b’konsegwenza, jannulla l-investigazzjoni u r-rapport tal-investigazzjoni u jerġa’ jibda investigazzjoni ġdida b’evalwazzjoni regolari tal-fatti;
—
jagħti kumpens għad-dannu materjali li sofra evalwat ex aequo et bono għal EUR 50 000;
—
jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy