21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/32
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs EEA
(Kawża F-71/13)
2013/C 274/53
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva sabiex tistabbilixxi jew tippreċiża fatti ta’ fastidju.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda kkontestata fl-20 ta’ Settembru 2012 mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi l-kuntratti (iktar ’il quddiem “ASTK” għat-talba tiegħu li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva sabiex tistabbilixxi jew tippreċiża fastidju;
—
jikkundanna lil EEA għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy