21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/33
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs BĊE
(Kawża F-73/13)
2013/C 274/55
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE tat-28 ta’ Mejju 2013 li timponi tkeċċija dixxiplinarja lir-rikorrent u l-kumpens għad-dannu morali li sofra.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Mejju 2013 li timponi tkeċċija dixxiplinarja b’effett mill-31 ta’ Awwissu 2013;
—
bħala konsegwenza, jintegra mill-ġdid lir-rikorrent il-funzjonijiet tiegħu permezz ta’ reklamar xieraq sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid l-unur tiegħu;
—
fi kwalunkwe każ, jikkumpensa d-dannu morali sostnut mir-rikorrent evalwat ex aequo et bono għal EUR 20 000;
—
tirrimborsa l-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy