5.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 291/7
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-76/13)
2013/C 291/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ikkunsidrat bħala eliġibbli għas-sejħa għal espressjoni ta’ interess CAST/02/2010 u li tiċħad it-talba ta’ reklutaġġ ippreżentata mill-PMO għal kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti tat-8 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi li r-rikorrenti ma huwiex eliġibbli għas-sejħa għal espressjoni ta’ interess CAST/02/2010 u li tiċħadlu l-offerta ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt fil-grupp ta’ funzjonijiet III (GFIII) għal żmien mhux determinat.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy