5.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 291/7
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2013 — ZZ vs SEAE
(Kawża F-78/13)
2013/C 291/09
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, A. Coolen u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi ttrasferit mir-rappreżentanza fil-Burundi lejn is-sede tas-SEAE fi Brussell.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Lulju 2013 li r-rikorrent jiġi ttrasferit, fl-interess tas-servizz, b’effett immedjat, f’pożizzjoni f’MDR.C fi Brussell;
—
jikkonstata li s-SEAE wettaq sensiela ta’ ksur tal-obbligi amministrattivi tiegħu bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, liema żbalji jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni
—
jikkonstata li d-deċiżjoni kkontestata tikkawża dannu serju lir-rikorrent u lill-konjuġi tiegħu;
—
jagħraf formalment ir-rikors;
—
jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy