1.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 31/22
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2013 — ZZ vs ĊEMDTD
(Kawża F-79/13)
2014/C 31/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi et M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għad-Drogi u t-Tossiku Dipendenza (ĊEMDTD)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-konstatazzjoni li s-superjur tagħha wettaq fastidju psikoloġiku u tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrenti ma jiġġeddidx u, konsegwentement, twettiq ta’ investigazzjoni imparzjali ġdida kif ukoll kumpens għad-danni materjali u morali.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-11 ta’ Settembru 2012 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti;
—
jannulla d-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrenti tal-14 ta’ Settembru 2012 ma jiġġeddidx;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Bord ta’ Ġestjoni tat-13 ta’ Mejju 2013 u d-deċiżjoni tad-Direttur tal-25 ta’ Ġunju 2013, li jiċħdu l-ilment tar-rikorrenti;
—
konsegwentement, titwettaq investigazzjoni regolari, oġġettiva u imparzjali ġdida;
—
jikkumpensa d-dannu materjali mġarrab mir-rikorrenti stmat li jammonta għal EUR 430 202;
—
jikkumpensa d-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti stmat li jammonta għal EUR 120 000;
—
tikkundanna liċ-ĊEMDTD għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy