9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/51
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2013 — ZZ vs ESMA
(Kawża F-80/13)
2013/C 325/83
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: O. Kress u S. Bassis, avukati)
Konvenuta: Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li tipproroga l-perijodu ta’ prova tar-rikorrent u tad-deċiżjoni sussegwenti li jiġi mkeċċi u min-naħa l-oħra, it-talba għal kumpens għad-danni allegatament subiti.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-estensjoni tal-perijodu ta’ prova;
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ tkeċċija;
—
tikkundanna lill-ESMA sabiex tħallsu, bħala kumpens għad-danni subiti evalwati ex aequo et bono ta’ EUR 373 414 għad-dannu materjali u ta’ EUR 50 000 għad-dannu morali;
—
tikkundanna lil ESMA għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy