9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/52
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-84/13)
2013/C 325/85
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tipproċedi għall-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi tad-DĠE l-ġodda u li tirrigwarda t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent taħt l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DĠE l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
—
tiddikjara li l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali u għalhekk, mingħajr effett;
—
tannulla d-Deċiżjoni tas-26 ta’ Novembru 2012 — u dik tas-27 ta’ Ġunju 2013 li tikkonfermaha — li takkredita d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul fis-servizz tiegħu, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema tal-pensjoni tal-instituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy