16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/31
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-86/13)
2013/C 336/70
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: P. Bentley QC, Barrister, u R. Bäuerle, Rechtsanwalt)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tipprojbixxi lir-rikorrent milli jaċċetta l-post vakanti ta’ konsulent tal-Prim Ministru tal-Ukrajna matul perijodu ta’ sentejn wara d-data ta’ tmiem tal-funzjonijiet tiegħu fil-Parlament Ewropew.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tat-3 ta’ Jannar 2013 li tipprojbixxi lir-rikorrent milli jinħatar bħala Konsulent tal-Prim Ministru tal-Ukrajna, għal sentejn wara tmiem l-impjieg tiegħu mal-Parlament;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tal-24 ta’ Ġunju 2013 li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni tal-Parlament tat-3 ta’ Jannar 2013;
—
jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż tal-kawża.
Full & Egal Universal Law Academy