23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/69
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-87/13)
2013/C 344/129
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: A. Salerno, B. Cortese, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar d-distribuzzjoni l-ġdida tad-drittijiet ta’ aċċess għall-mailbox tas-sindakat SAFE.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
jikkonstata li l-Parlament Ewropew huwa responsabbli għall-eżistenza ta’ danni kemm morali kif ukoll materjali sostnuti mir-rikorrenti minħabba d-deċiżjoni kkontestata u sabiex jatihom kumpens li jagħmel tajjeb għall-imsemmija danni kollha;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-kawża.
Full & Egal Universal Law Academy