25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/39
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs REA
(Kawża F-88/13)
2014/C 24/72
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent dwar l-assimilazzjoni ta’ ommu mal-wild dipendenti skont l-Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-PMO.1, innotifikata fit-28 ta’ Novembru 2012, li permezz tagħha t-talba tar-rikorrent tal-20 ta’ Lulju 2012 dwar l-assimilazzjoni ta’ ommu mal-wild dipendenti skont l-Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għall-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2012 sal-31 ta’ Ottubru 2013, ġiet miċħuda;
—
jalloka lir-rikorrent kumpens ta’ EUR 1 000, bla ħsara għal kwalunkwe bdil u/jew żieda, intiż sabiex jikkumpensa d-dannu morali kkawżat lilu min-natura vessatorja u inġurjuża tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat-talba u tal-ilment prekontenjużi.
—
jikkundanna lill-aġenzija għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy