30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/28
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — ZZ et vs L-Aġenżija Ferrovjarja Ewropea (ERA)
(Kawża F-95/13)
2013/C 352/54
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, u E. Marchal, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti bħala membri tal-persunal temporanju għal żmien determinat ma jiġix klassifikat mill-ġdid bħala kuntratt ta’ impjieg għal żmien indeterminat.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrenti, tal-20 ta’ Diċembru 2012, intiża għall-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt ta’ impjieg tagħhom ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien definit fis-sens tal-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, bħala kuntratt ta’ impjieg għal żmien indeterminat skont l-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg fid-data ta’ dħul fis-seħħ effettiv tagħhom;
—
jikkundanna lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy