14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/40
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-96/13)
2013/C 367/71
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat mill-ġdid b’effett retroattiv mid-delegazzjoni tax-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaza f’Ġerusalemm tal-Lvant għad-DĠ Mobbiltà u Trasport, direttorat Riżorsi Komuni MOVE/ENER fi Brussell.
Talbiet tar-rikorrenti
—
Id-deċiżjoni ffirmata mill-kap tat-tim: Moviment tal-persunal, ġestjoni tal-karriera u tar-rendiment tal-25 ta’ Jannar 2013 li tassenjah mill-ġdid, b’effett retroattiv għall-1 ta’ Jannar 2013, għad-DĠ Mobbiltà u Trasport, direttorat Riżorsi Komuni MOVE/ENER fi Brussell;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas lir-rikorrent tas-somma simbolika ta’ EUR 1 bħala kumpens għad-dannu morali u materjali flimkien u għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy