14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/40
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-98/13)
2013/C 367/72
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2012, sa fejn, minn naħa, din ma ssemmix isem ir-rikorrent fost l-uffiċjali fil-grad AST 6, mhux attestati, li ġew promossi għall-grad AST 7 u, min-naħa l-oħra, sa fejn din fiha l-isem ta’ uffiċjal ieħor.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2012, sa fejn, minn naħa, din ma ssemmix isem ir-rikorrent fost l-uffiċjali fil-grad AST 6, mhux attestati, li ġew promossi għall-grad AST 7 u, min-naħa l-oħra, sa fejn din fiha l-isem ta’ uffiċjal ieħor;
—
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy