25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/40
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-102/13)
2014/C 24/75
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li wieħed jipproċedi għall-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz fuq il-bażi tad-DĠI l-ġodda u relatata mat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII fir-rigward tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
—
jiddikjara li l-Artikolu 9 tad-dispożizzjoniet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali u għaldaqstant, mhux applikabbli;
—
jannulla d-deċiżjoni li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy