25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/41
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-110/13)
2014/C 24/78
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Tymen u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi lir-rikorrent mil-lista tal-kandidati awtorizzati jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ “Ċertifikazzjoni” fl-2013.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-19 ta’ April 2013, li teskludi lir-rikorrent mil-lista tal-kandidati awtorizzati jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ “Ċertifikazzjoni” fl-2013 (Avviż Amministrattiv Nru 13-2013);
—
sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2013, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;
—
tagħti lir-rikorrent id-danni għal ammont ta’ EUR 10 000;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy