1.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 31/22
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-111/13)
2014/C 31/39
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma tinkludix lir-rikorrent fil-fażi tal-għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/231/12 (AD7) u li tikklassifikah mill-ġdid fil-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/230/12 (AD5) u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li huwa jiġi inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali AD5 iċċitata iktar il fuq u l-għoti ta’ kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla l-att tas-16/7/12, l-att tat-3/9/12, l-att tat-3/12/12, l-att tat-13/2/13, l-att tal-15/3/13 u sa fejn ikun neċessarju l-atti li jiċħdu l-ilmenti tar-rikorrent tal-21/8/13 u tat-2/10/13;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni lir-rikorrent fl-ammont ta’ EUR 300 580;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy