22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/26
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 — ZZ vs ENISA
(Kawża F-112/13)
2014/C 85/45
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv tal-ENISA li jirrexxindi l-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat tar-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment amministrattiv tiegħu kif ukoll kull att preċedenti illegali, inkluż l-att li permezz tiegħu l-ENISA keċċiet lir-rikorrent;
—
jordna l-ħlas lir-rikorrent tas-somma ta’ EUR 50 000 bħala kumpens għad-dannu morali li sostna;
—
tikkundanna lil ENISA għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy