22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/53
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2013 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-114/13)
2014/C 52/102
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrifjuta li tirrikonoxxi l-legalità tad-deċiżjoni tal-kumitat lokali tal-persunal tal-Lussemburgu li tirrevoka l-mandat fdat lil mandatarju sabiex jirrappreżentah fi ħdan il-kumitat ċentrali tal-persunal tal-Kummissjoni.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrifjuta li tirrikonoxxi l-legalità tad-deċiżjoni tal-kumitat lokali tal-persunal tal-Lussemburgu li tirrevoka l-mandat fdat lil mandatarju sabiex jirrappreżentah fi ħdan il-kumitat ċentrali tal-persunal tal-Kummissjoni.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy