1.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 31/22
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2013 — ZZ vs L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
(Kawża F-115/13)
2014/C 31/40
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Bertolini, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti u bħala konsegwenza, ir-reintegrazzjoni tar-rikorrenti fil-pożizzjoni miżmuma minnha jew f’pożizzjoni oħra adegwata jew, jekk le, li tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu materjali sostnut u, fi kwalunkwe każ, għad-dannu morali sostnut.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, tad-29 ta’ Mejju 2013, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti fl-1 ta’ Mejju 2013
—
bħala konsegwenza:
—
ir-reintegrazzjoni tar-rikorrenti fil-pożizzjoni miżmuma minnha jew f’pożizzjoni oħra adegwata għall-kompetenzi tagħha fil-EEA permezz ta’ estensjoni tal-kuntratt tagħha skont ir-rekwiżiti tar-regoli;
—
sussidjarjament, u fil-każ li t-talba għal reintegrazzjoni stabbilita iktar ’il fuq ma tintlaqax, tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu materjali sostnut, stmat provviżorjament ex aequo et bono bħala d-differenza bejn ir-remunerazzjoni li kienet tirċievi bħala membru tal-persunal bil-kuntratt mal-EEA għall-inqas għal tul ta’ żmien simili għal dak tal-kuntratt inizjali tagħha (tliet snin);
—
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-konvenuta tħallas ex aequo et bono s-somma provviżorja ta’ EUR 5 000 bħala kumpens għad-dannu li ma huwiex ta’ natura materjali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali mid-data tas-sentenza;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy