1.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 31/23
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2013 — ZZ vs Frontex
(Kawża F-117/13)
2014/C 31/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent ma jiġġeddidx wara l-annullament, mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-ewwel deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tiegħu.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni ta’ Frontex tad-19 ta’ Frar 2013 li l-kuntratt tar-rikorrent ma jiġġeddidx;
—
jeżerċita, jekk meħtieġ, il-ġurisdizzjoni sħiħa tiegħu sabiex jiżgura l-effettività tad-deċiżjoni tiegħu;
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy