22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/53
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-118/13)
2014/C 52/103
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera dwar il-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju 2001 u l-31 ta’ Diċembru 2002 u l-annullament ta’ punti ta’ mertu mogħtija matul il-proċedura ta’ promozzjoni 2003.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla r-rapport tal-iżvilupp tal-karriera (REC/CDR) tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2001 sal-31 ta’ Diċembru 2002;
—
sussidjarjament, jannulla l-punti ta’ mertu tar-rikorrent tal-proċedura ta’ promozzjoni 2003 billi ma humiex fil-livell tal-medju ta’ punti mogħtija lill-persunal tal-grad tiegħu matul l-istess proċedura;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy