28.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/37
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-119/13)
2014/C 129/45
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DGE l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjonijiet dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet tagħhom għal pensjoni qabel ma daħlu fis-servizz tal-Kummissjoni
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy