22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/53
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-121/13)
2014/C 52/104
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DGE l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ April 2013 dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni qabel ma daħal fis-servizz tal-Kummissjoni;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy