22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/54
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2013 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-124/13)
2014/C 52/107
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenuta: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba għall-għajnuna tar-rikorrenti
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;
—
jordna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-dannu mhux materjali miġrub, flimkien mal-interessi bir-rata legali sakemm isir il-ħlas totali;
—
jordna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti kwart tal-ispejjeż mediċi inkorsi b’rabta mad-deterjorament tal-istat ta’ saħħtu, bħala kumpens għad-dannu materjali miġrub, flimkien mal-interessi bir-rata legali sakemm isir il-ħlas totali;
—
jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy